Eh! Li kieku!
Li kieku l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola żżur Gaza daqs kemm iżżur l-Ukrajna, kein ikollha xi ftit kredibilita’ f’dak li tgħid dwar is-sifferenżi tal-poplu Palestinjan taħt l-oppressjoni tal-Gvern u l-qawwiet militari tal-Istat tal-Iżrael.
Metsola dalgħodu reġgħet fil-kapitali Ukrena Kiev, fejn qed timmarka l-1,300 ġurnata mill-bidu tal-gwerra mar-Russja.
‘Sa mill-ewwel ġurnata tal-attakki, aħna konna, u se nibqgħu magħkom’ m sostnietMetsola f’post fuq Facebokk dalgħodu, filwaqt li ppubblikat ritratt tagħhha tasal bit-tren fi Kiev akkumpanjata minn rġiel tas-sigurta’ armati sa snienehom.
Dnub iżda li Metsola la titkellem, u lanqas qatt ma tistieden rappreżentanti Palestinjani fil-Parlament Ewropew biex jitkellmu dwar il-ġenoċidju li qed iġarrbu. Metsola ma żżurx Gaza, iżda żżur Tel Aviv u Ġerusalemm u titkellem fuq l-Istat ta’ Iżrael.
Din ir-realta’ hi sfaċċat. Qed tikxef id-double standards tal-Ewropa. Qed turi l-kuluri vera ta’ Roberta Metsola.




