DIN HI RIRODUZZJONI TAD-DIKJARAZZJONI MILL-EKS PRIM MINISTRU JOSEPH MUSCAT GĦAR-RAPPORT TAL-AWDITUR ĠENERALI DWAR IL-VALUTAZZJONI TAL-ART TAL-FORTINA
Kieku l-NAO ħaseb li kelli xi involviment dirett fil-ftehim, jien ċert li kienu jgħidu hekk. Ukoll, kieku riedu jagħmlu kumment dwari, jien ċert ħafna li ma kinux jgħidu “uffiċjali fi ħdan il-Gvern”.
Wara li għidt dan, insib li r-rapport tal-NAO mhux konsistenti, fejn saħansitra jmur kontra l-kalkoli li saru mill-NAO nnifsu f’rapporti preċedenti u li issa qed jiġu kontradetti. Barra minn hekk, dan saħansitra jikkontradixxi l-leġiżlazzjoni attwali li tirregola l-valutazzjonijiet li ma ġietx ikkontestata, u għalhekk aċċettata, mill-Parlament kollu. Nistenna bil-ħerqa li xi ħadd joħroġ bil-valutazzjoni skont l-Avviż Legali attwali u jqabbilha mal-valutazzjoni li qed tiġi skrutinizzata. Dan huwa eżerċizzju neċessarju li peress li l-NAO naqas milli jagħmel, għandu jsir mill-Gvern jew mill-midja.
Irrid nikkonkludi billi ngħid li nsib il-mod kif inkiteb ir-rapport bħala wiehed li jonqos mir-rispett, meta jitfa’ kollox fuq eks membru tal-ġudikatura b’esperjenza li miet u ma setax jiddefendi lilu nnifsu. Jiena aktar minn ċert li kieku l-Imħallef Farrugia Sacco kien għadu ħaj, kien iwieġeb b’mod solidu ħafna għal ħafna suppożizzjonijiet u dikjarazzjonijiet li hemm fir-rapport. Filwaqt li l-awtur tar-rapport tal-NAO jiddikjara li hemm limitazzjoni serja f’dak li seta jkun investigat, huwa stess jinjora dan kompletament, bil-qarrej bilkemm jirrealizza li min ħa d-deċiżjonijiet ewlieni miet u ma kienx kapaċi jagħti r-rakkont tiegħu tal-ġrajjiet.




