Alex, dalgħodu għandi skoss talbiet għalik.
Ftit tal-ħin ilu tlabtek biex tikkunsidra ssejaħ għal Inkjesta Pubblika dwar il-finanżi tal-PN u kif il-partit li tmexxi qed iħabbat wiċċu ma’ kwasi €50 miljun f’dejn , u kif Bernard Grech ħalla warajh straġi fil-kontijiet u bilkemm hemm flus biex jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema.
Izda minbarra dan, nemmen li hemm lok għal Inkjesta fuq il-famuża Patria Trust li kien waqqaf Simon Busuttil u li fiha, ġabar il-każini bħala l-assi li biħom il-PN seta jkollu x’juri lill-banek li kienu qed jagħmlu pressjoni fuqu.
Imkejjen infurmati qaluli kif fil-Patria Trust hemm każini li m’għadhomx tal-PN, u xorta qed jidhru bħala assi, jew inkella l-PN m’għandu l-ebda titlu fuqhom.
Jekk dan hu minnu, allura l-problemi tal-PN huma ferm akbar minn dak li nafu għaliex ikompli jwessa’ l-iżbilanċ bejn l-assi u d-dejn rekord li għandu.
Ħaġa’ oħra li teħtieġ investigazzjoni hi d-dejn addiżżjonali ta’ €8 miljuni f’ċedoli li nħġabru b’kuntratt ta’ self mingħand partitarji.
L-investigazzjoni għandha tistabbilixxi jekk l-iskema kenitx u hiex irreġistrata mal-MFSA, jekk le għaliex? titqies bħala ponzi scheme? u jekk meta saru l-kuntratti l-PN kellu l-projections li jħallas lura dan is-self.
L-inkejsta għandha tistabbilixxi ħafna affarijiety, partikolarment responsabbilyajiet kriminali, fejn fl-assenża ta’ pubblikazzjon ta’ kontijiet gġal ħames snin sħaħ, sar tbażwir goff li faqa’ l-kaxxa tal-PN.
Alex, nista nassigurak li mhux se jkollok honeymoon pjaċevoli fit-tmun tal-PN!




