Daħal fil-Parlament bħala l-Kap tal-Oppożiżżjoni l-ġdid, u Alex Borg kompla fejn ħalla Bernard Grech. Talab għal Inkjesta Pubblika fuq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-evalwazzjoni tal-art tal-Fortina f’Tas-Sliema!
Ngħod jien għaliex Inkjesta, meta l-investigazzjoni diġa saret mill-Awditur Ġenerali?
X’sens jagħmel?
Iżda apparti dak. Alex Borg, frisk, frisk bħala l-Kap il-ġdid tal-PN jaf fejn għandu jitlob Inkjesta Pubblika, u jaf li kemm il-partitarji tiegħu stess, kif ukoll il-poplu Malti fuq kif il-PN rnexxielu jtella dejn ta’ jwasi €50 miljun, u fl-istess waqt il-predeċessur tiegħu Bernard Grech ħalla lill-PN f’sitwazzjoni gravi tant li bilkemm hemm flus biex jitħallsu l-pagi lill-ħaddiema.
Alex Borg diġa hu infurmat bis-sitwazzjoni kritika fil-partit tiegħu u għaldaqstant, l-għibien ta’ tant flus b’xejn ma jidher għalihom jimmerita Inkjesta.
Il-fatt waħdu li sab it-taqsima tal-accounts fid-Dar Ċentrali fi stat ta’ diżorganizazzjoni totali, b’files u dokumenti neqsin diġa huma bożża ħamra ta’ x’kien qed jiġri bil-finanżi tal-partit, u mhux ta’ b’xejn l-ebda awditur ma kien lest li jpoġġi l-firma tiegħu fuq il-kontijiet li baqgħu qatt ma kienu ppreżentati għal ħames snin sħaħ.
Din hi deċiżjoni kbira li għandu jieħi Alex Borg jekk irid ikun serju mal-partitarji.
Kwasi €50 miljun f’dejn għal partit politiku b’assi li ma jpaċux mal-ħofra, ifisser li l-PN hu statutorjament fallut.




