Alex, ara x’se tagħmel għax Richard Cachia Caruana rritorna fix-xena, qed iwissik kontra l-flus mill-‘big business’ u issa dalgħodu – kif mistenni – The Times iddedikatlu editorjal biex tfaħħru u tgħidlu, ‘kemm għandu raġun!’.
Cachia Caruana kien skjett fil-pożiżżjoni tiegħu li l-partiti m’għandhomx isibu finanżjament mingħand il-‘big business’. Il-prinċipju hu tajjeb, u nemmen li ħafna jaqblu miegħu.
Madankollu, nsibha konvenjenti ħafna li Cachia Caruana jitkellem dwarha llum, jużaha biex iwissi lil Alex Borg li sab straġi fil-fianżi tal-Partit Nazzjonalista, u issa jidher li l-istess Cachia Caruana jrid jgħoxha jara lil Borg jgħereq fil-ħofna enormi li għandu l-PN.
Kemm hu komdu llum li Cachia Caruana jitkellem fuq kemm hu ħażin li l-partiti jkunu ffinażjati mill-‘big business’!
Ara ma’ Simon Busuttil, qatt ma tkellem jew ġiegħlu jistħi meta faqqa’ l-iskandlu tal-pagi tal-uffiċċjali tal-PN minn kumpannija privata.
Cachia Caruana qatt ma tkellem meta Bernard Grech ħalla lill-PN b’ħames snin kontijiet mhux awditjati u straġi fil-finanżo tal-partit.

L-editorjal tal-lum f’The Times
Cachia Caruana qatt ma tkellem meta minkejja l-gelgul ta’ flejjes li kienu deħlin għand il-PN bis-saġġa tal-famuża JS list, tilef elezzjoni fl-2013 u spiċċa qas kellu biex iħallas il-pagi tal-ħaddiema tiegħu, filwaqt li nsterqu l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-ħaddiema tiegħu stess.

Richard Cachia Caruana
Cachia Caruana ma jridx lill-partiti jkunu ffinanżjati mill-‘big business’. OkK, imma hu fejn kien meta fil-kurituri tal-Istameprija kienu deħlin u ġerġin għadd ta’ negożjanti.
U l-maratoni nesihom Cachia Caruana?
Kemm il-Television tal-kulur tad-ditta LG tqassmu mill-kumpannija Forestals ta’ Tancred Tabone?
Jew sofra xi forma ta’ amnesja, jew inkella Cachia Caruana vera xjaħ, żmaga u qed ikun tost mad-destin!




