Il-ħames Kap tal-PN fi 12-il sena se jkompli mat-tradizzjoni ta’ dawk li ġew qablu – politika tat-tisbit tas-saqajn.
Alex Borg kien lanqas temm l-ewwel intervent tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni li ma ħarbatx l-ewwel sessjoni Parlamentari wara l-waqfa tas-sajf li fiha kellha tiġi diskussa riforma importanti dwar is-sigurtà fit-toroq.
Ried jiddiskuti rapport ta’ 200 paġna li kien ilu ippublikat ftit minuti.
Dwar dan ir-rapport, il-Gvern diġà wieġeb u m’għandu ebda diffikultà li jkompli jwieġeb tant li minkejja li l-Ispeaker ċaħad it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Gvern wera li hu dispost għal kwalunkwe diskussjoni kif dejjem għamel.
Il-ġurnata minn filgħodu turik. Alex Borg se jkompli fejn ħalla Bernard Grech. He is more of the same!




