Ftit tal-jiem ilu ktibt fuq l-investiment multi-miljunarju li għaddej bħalissa fil-manutenżjoni, tranġar u modernizazzjoni tal-oqsma ta’ residenżi soċjali madwar malta u Għawdex. Proġetti ntiżi biex filwaqt li l-Istat iżomm l-istock ta’ propjetajiet tiegħu f’kundizzjoni tajba, jgħp;;o wkoll il-livell tal-għixien tar-residenti f’dawn l-oqsma.
Ovvjament dan l-investiment qawwi qed isir għaliex Gvern immexxi mill-Partit Laburista, kabbar lp-ekonomija u jista jagħmel dsan l-investiment, filwaqt li għaddej ukoll bi proġetti kbar ta’ bini ta’ kumplessi ta’ djar residenżjali f’diversi lokalitajiet.
Investiment ta’ dan il-kobor qatt ma sar fl-istorja politika ta’ pajjiżna, għajr fi żmien il-Perit Duminku Mintoff meta investa fil-familji Maltin u Għawdxin.
Dan minbarra l-ħemel ta’ miżuri u iniżjattivi kbar mħabbra u mġedda sena wara sena, fejn jidħlu l-first time buyers, is-sussidji fuq il-kera u l-għajnuna fil-kirijiet l-antiki. Lkoll miżori li jiswew il-Miljuni ta’ Ewto.
Illum, il-Ministru Roderick Galdes ħabbar proġett ieħor importanti, u li jiswa l-miljuni kbar.
Galdes ħabbar kif sal-lum l-Awtorita tad-Djar approvat aktar minn 1,600 stairlift, b’medja ta’ aktar minn wieħed kuljum. B’investiment ta’ aktar minn €18 miljun, il-Gvern qed jagħti aktar indipendenza u kwalità ta’ ħajja għolja lill-anzjani u lil min għandu bżonn.




