Bejn laqgħa u oħra fid-Dar Ċentrali, il-Kap Nazzjonalista Alex Borg qed jiffaċċja kriżi serja ta’ finanżi għall-partit, bl-aħħar informazzjoni li kiseb tgħid li d-dejn tal-partit qed joqrob il-€50 miljun, filwaqt li kif qed joqrob l-aħħar tax-xahar, bilkemm hemm flus biex jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema fl-Istamperija.
L-aħħar ċifra mogħtija lil Alex Borg hu mifhum li d-dejn tal-PN tela’ għal €48 miljun, bl-interessi u l-ispejjeż dejjem jitilgħu, filwaqt li kompliet tikber il-pressjoni fuq il-PN biex ikunu ppubblikati l-kontijiet tiegħu li baqgħu qatt f’ħames snin ta’ tmexxija ta’ Bernard Grech ma jaraw id-dawl tax-xemx.
Nifhmu li qatt ma kien hemm awditur appuntant, u dawk li ttantaw iħarsu lejn il-finanżi tal-PN, koll ħarbu ‘l hemm milli jassumu r-responsabbilta, hekk kif jirriżulta li l-uffiċċju fianżi jinsab f’diżorganizazzjoni kbira, b’files u karti neqsin, u f’ħafna każi mhemm xejn x’jidher għal ċertu nfieq u spejjeż.
Din hi l-akbar sfida li qed jiffaċċja Alex Borg għaliex wiret partit fallut, b’assi li ma jistgħu qatt ipaċu l-ħofra enormi fil-fianżi.




