Għedtilkom li Beppe Fenech Adami mhux se jissaporti jgħix f’lokalita’ mmexxija minn Kunsill Lokali Laburista!
Xahrejn wara li l-Partit Nazzjonalista tilef il-maġġoranża fil-Għargħur b’riżultat ta’ vot ta’ sfiduċja fis-Sindku Nazzjonalista Helen Gauci minħabba taħwid fil-finanżi tal-Kunsill, issa Beppe Fenech Adami qed jitkaża għaliex fir-raħal fejn jgħix hu stess fil-‘Palazz’ tiegħu, ‘hemm telqa u żdingar’.
F’post fuq Facebook, Beppe Fenech Adami qabad mal-iskart u dak li fisser bħala telqa, iżda ma qalx li l-iskart nġabar u l-Kunsill qed jaħdem b’dak li għandu wara li l-eks Sindku u benjamina tiegħu Helen Gauci ġalliet straġi sħiħa fejn jidħlu finanżi u deċiżjonijiet ħżiena mingħajr l-approvazzjoni tal-Kunsill.
Il-post ta’ Fenech Adami kien diżonest u mhux veritjier għaliex ħa ritratti tal-iskart wara l-bibien tan-nies filgħodu, meta l-iskart jinġabar filgħaxija. L-iskart indikat minn Fenech Adami nġabar sagħtejn wara!
Fenech Adami ma qalx lanqas li l-iskart li tefa ritratt tiegħu kien wara l-bibien tan-nies, probabbilment kostitwenti tiegħu, li kisru l-liġi billi ħarġu l-iskart qabel il-ħin, u waħħal fil-Kunsill.
Is-Sindku Laburista Mariah Meli qed taħdem b’li tista biex terġa ġġib lill-Kunsill tal-Għargħur lura fuq saqajħ, iżda m’hix faċli daqs kemm jaħdeb Beppe mill-Palazz tiegħu!
Il-Kunsill kellu jitlob għal audit mill-Awditur Ġenerali u minn awdituri privati biex isibu rkabru tat-taħwid li nstab, għażiż Beppe tal-Palazz!




