Ma tgħaddix ġurnata waħda fejn Adrian Delia ma jisparax tir lejn Alex Borg, u jikkonferma dak li ilna ngħidu fuq dan is-sit, li se jkun l-agħar xewka għall-Kap il-ġdid fil-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.
Il-bieraħ iżda, bagħat l-agħar messaġġi li Delia seta’ jibgħat lil Alex Borg.
Kien attakk indirett u kriptiku, li ttella’ ftit wara li l-Kap il-ġdid tal-PN ippubblika ritratt tiegħu jipparteċipa, biswit il-Prim Ministru Robert Abela waqt il-mixja tal-Gay Pride fil-Belt.


Il-messaġġ ta’ Delia ikkonċida ma’ avviż li għamel l-eks Segretarju Parlamentari fil-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi, Edwin Vassallo li organizza velja ta’ talb bir-reċtar tar-Rużarju barra l-bini tal-Parlament, bħala ‘riparazzjoni’ għall-ħsara fil-‘moralita’ tan-nies!





