Il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela kien ċar: ‘il-fondi pubbliċi m’humiex ntiżi biex jiffinażjaw lill-partiti!’.
B’hekk ċar kien id-diskors tal-Prim Ministru waqt il-laqgħa li kellu mal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg il-bieraħ fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun, fl-isfond tad-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamel Borg dwar il-Finanżjament tal-Partiti, bi x b’hekk flok ma jiġbru l-flus mingħand in-nies, il-partiti ikunu ffinanżjati mill-Istat.
Id-dikjarazzjonijiet ta’ Alex Borg saru fl-isfond tal-kriżi finanżjarja kbira li jinsab fiha l-PN, b’dejn li hu stmat li qabeż sew il-€50 miljun, u l-ewwel tagħrif li kiseb malli daħal fid-Dar Ċentrali kien li Bernard Grech ħalla sitwazzjoni fejn bilkemm għandhom flus biex jitħallsu l-pagi tal-ħaddiema tal-Istamperija.
Alex Borg sostna f’mill-anqas erba’ okkażjonijiet li mal-ftuħ tal-Parlament nhar it-Tnejn li ġej, li kien se jqajjem il-kwistjoni dwar il-gianżjament tal-partiti.
Fi kliem ieħor, Alex Borg irid bailout mingħand il-Gvern bi flus il-poplu biex isalva lill-Partit Nazzjonalista milli jkun iddikjarat fallut, hekk kif il-valur tal-assi li jħaddan il-partit b’binjiet u każini, ma jgħoddux lanqas keart tad-dejn li għandu.
Barra minn hekk, il-Partit Nazzjonalista għadu ma ppreżenta l-ebda rendikont finanżjarju għġal dawn l-aħħar ħames snin, b’Bernard Grech jispiċċa mill-kariga u baqgħu qatt ma raw firma ta’ awditur.




