Waqt il-kampanja elettorali, Alex Borg kien qed jgħid li l-kwistjoni dwar id-dejn tal-Partit Nazzjonalista ‘mhix uġigħ ta’ ras’ – issa li laħaq Kap u spejgawlu l-gravita’ tas-sitwazzjoni, fejn lanqas hemm biżżejjed flus għall-pagi, beda kampanja oħra biex jipprova jiħbor il-flus għas-sopravvivenża tal-partit, u issa jrid li l-Gvern jagħmillu ‘bailout’,
Fil-kummenti tiegħu lill-istampa kemm ilu li laħaq Kap tal-PN, Alex Borg ddikjara li fost l-ewwel affarijiet li se jkun qed jaħdem fuqhom la jerġa’ jiftaħ il-Parlament il-ġimgħa d-dieħla hu li jipproponi tibdil fil-Liġi tal-Finanżjament tal-Partiti, fejn ikun il-Gvern li jiffinanżja lill-partiti.
Fi kliem sempliċi, Alex Borg irid bailout minghand il-Gvern bis-saħħa tat-tyaxxi tal-poplu Malti u Għawdxi.
Iżda Alex Borg s’issa mhux qed isemmi ħaġa importamti, li qabel kull konsiderazzjoni jew diskors bħal dan, il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jippubblika ħames snin ta’ rendikonti finanżjarji, li taħt it-tmexxija diżastruża ta’ Bernard Grech qatt ma kienu sottomessi skond kif titlob il-Liġi.




