Ħadt gost ħafna nisma dalgħodu lill-Ministru għall-Finanżi Clyde Caruana jispjega l-fatt li d-dejn nazzjonali kompla nieżel, u minkejja l-isfidi kollha internazzjonali, il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista, se jkompli jaħdem biex iniżżel dan id-dejn għal livelli rekord.
Clyde Caruana dalgħodu nieda d-dokument ta’ qabel il-Budget 2026 lill-Korpi Kostitwiti kolha u lill-istampa lokali.burista se jkompli jwieżen lill-ħaddiema, lin-negożji u lill-familji Maltin u Għawdxin fil-Budget li jmiss.
Filwaqt li reġa’ kkonferma żieda oħra konsekuttiva fil-pensjonijiet, ikkonferma wkoll li se jkomplu s-sussidji fuq l-enerġija u fuq il-fuels, lissen frażi importanti ħafna: Dik ta’ Gvern li jiggarantixxi s-serħan il-moħħ.
Kemm hi importanti li tisma’ dan mingħand il-Ministru għall-Finanżi, partikolarment fi żmien fejn madwarna fl-Ewropa, l-ebda Gvern jew Ministru għall-Finanżi ma jista’ jagħti din il-garanżija, għajr miżuri ta’ awsterita, taxxi u kriżijiet finanżjarji.
Qed inkomplu ngħixu f’pajjiż fejn se jkompli t-tkabbir ekonomiku.




