Sa fl-aħħar Adrian Delia ammetta u qalgħaha minn fuq l-istinku.
L-ittra li sieħbu Pawlu Borg (fir-ritratt) bagħat lill-Kummissjoni Elettorali jilmenta b’100 persuna li ma ngħatawx il-bot meta kienu ineliġibbli, u oħrajn li ma ngħatawx meta kellhom id-dritt li jivvutaw, kienet approvata MINNU STESS!
Deia kien ċaħad li kien qed jikkontesta r-riżulat tal-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li għadda li ratu jitlef il-kariga ta’ Kap tal-PN għal miżerja ta’ 44 vot, issa milli jidher qed jittratta lura li kien qed jgġid u ammetta punbblikament li approva l-ittra, li kienet miċħuda mill-Kummissjoni Elettorali li ddikjarat ir-riżultat korrett.
Intant, bejn ritratti ta’ tgħannieq u dikjarazzjonijiet ta’ ‘flimkien’ ma’ Alex Borg, Adrian Delia qed jibqa’ ta’ inkwiet għat-team ta’ tmexxija ta’ Alex Borg, hekk kif qed jaqbad u jispara dikjarazzjonijiet bl-addoċċ fuq il-media soċjali u jmur għal intervisti mingħajr l-approvazzjoni tal-partit.
Sal llum, Adrian Delia qed jirrifjuta l-offerta ta’ Alex Borg biex ikun il-Viċi Kap tal-PN.




