Fl-isfond ta’ kriżi finanżjarja kbira li ħalla warajh Bernard Grech, il-ħaddiema tad-Dar Ċentrali qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjoni fejn f’diversi bnadi tal-binja mhux qed jitħalla jinxtgħel l-air condition biex tkun iffrankata l-ispiża tal-enerġija, filwaqt li f’ċerti każi ċ-chillers mhux qed jaħdmu u m’hemmx flus biex titħallas il-manutenżjoni jew tiswija.
Tiswija ta’ lift li ta’ spiss ikun bil-ħsara għaliex qed jitranġa ta’ kull darba bit-tilqit u mhux b’parts oriġinali, dam ħimgħat biex jissewwa, filwaqt li bożoż maqtugħin mhux qed jinbiddlu għaliex mhemmx flus biex jinxtraw.
It-team ta’ tmexxija tal-Kap il-ġdid Alex Borg qed jiġu bil-mod il-mod wiċċ imb’ wiċċ mar-realta’ tas-sitwazzjoni finanżjarja mwiegħra ħafna li ħalla warajh Bernard Grech tant li bilkemm hemm flus biżżejjed biex jinħarġu l-pagi għall-ħaddiema f;=aħħar ta’ dan ix-xahar.
Alex Borg qed jingħata l-parir biex isejjaħ maratona ġbir ta’ fondi b’urġenża bl-iskop li l-PN ikollu l-likwidita’ meħtieġa biex ikun jista jaħdem u jevita’ rivolta fost il-ħaddiema li huma inkwetati għall-pagi tagħhom.
ĦĠafna fod-Dar Ċentrali huma tal-parir fuq il-ħtieġa ta’ inkjesta interna biex tkun stabbilita r-responsabbilta’ ta’ dan in-nuqqas, filwaqt li jinstab fejn marru jew qed imorru l-flus tal-PN, li ma ‘ kull ġurnata li tgħaddi qed issir aktar gravi.




