Altru milli ‘flimkien‘ u b’ritratt li juri li Adrian Delia hu ‘qaqoċċa‘ mal-eks delfin – ill-Kap tiegħu – Alex Borg. Adrian Delia qed jitqies bħala ‘a loose canon‘, li qares bit-telfa għal 44 vot fl-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt li għadda, qed isir imprevedibbli u perikoluż għat-tmexxija l-ġdida.
Matul dawn l-aħħar 24 seigħa il-kamp ta’ Delia wettaq attakk fuq Alex Borg permezz ta’ artiklu f’The Malta Independent minn Emmanuel J Galea, li jiġi l-kunjatu Għawdxi ta’ Delia, li sostna kif il- PN hu ‘fgat minn ġewwa’.
Filwaqt li Galea ssorprenda li qal li f’din l-elezzjoni l-establishment ħadem kontra Delia għaliex xorta ma riedux fit-tmexxija, ikkonferma li kien hemm ftehim bejn Delia u Alex Borg, biex dan tal-aħħar joħroġ jappoġġja lil Delia.
Skont il-kunjatu ta’ Delia – li f’Għawdex hu influwenti ħafna fiċ-ċirki Nazzjonalisti- l-establishment ħadem bis-sħiħ favur Alex Borg, u kien propju l-establishment li kkonvinċa lil Borg biex jikkontesta lil Delia minkejja l-ftehim li kien hemm.




