It-team ta’ tmexxija ta’ Alex Borg bdew jiġu wiċċ imb’wiċċ mar-realta’ tal-finanżi tal-Partit Nazzjonalista, hekk kif qed jindunaw li Bernard Grech mhux talli ma pubblika l-ebda rendikont finanżjarju, talli idam ħalla warajh diżastru sħiħ fil-fianżi tal-partit, bil-konsegwenża li l-Kap il-ġdid Alex Borg kien infurmat li jekk ma jsejjaħx maratona malajr, mhux se jkollhom flus għall-pagi tal-ħaddiema.
Lil hinn mid-dikjarazzjonijiet pubbliċi riċenti f’The Times ftit tal-ġimgħat ilu, li Bernard Grech rnexxielu ‘jsalva’ lill-każini u li Net TV riesaq lejn ‘break even, dan jirriżulta li ma kien minnu assolutament xejn, u issa l-PN qed jiffaċċja kriżi kbira ta’ likwidita’ għaliex m’hemmx flus lanqas biex jinxtraw bożoż li nqatgħu f’xi sulari, jew li jissewwa lift li ta’ spiss qed jiġrilu l-ħsara.
Imkejjen infurmati spjegawlna li Alex Borg kien ifurmat bis-sitwazzjoni kritika ħafna tal-finanżi tal-partit, fejn kien avżat ukoll li jekk ma ssirx maratona llum qabel għada, mhux se jkolljom flus biex jitħallsu l-ħaddiema.
Sadanittant, Alex Borg qed jiġi wiċċ imb’ wiċċ mar-realta’ kbira dwar kemm hu kbir id-dejn tal-PN.
It-tweġiba, kwasi waqqgħetu mis-siġġu. Dwar dan f’post li jmiss.




