Qed titqies bħala inizjattiva mill-aktar importanti, umana u fuq kollox frott il-ħsieb u kuxjenza tad-Deputata Laburista Amanda Spiteri Grechm li ftit tal-jiem ilu nediet Privatre Members Bill gġal qafas leġiżlattiv biex jiġi żgurat li persuni, li fiequ mill-kanċer, ma jibqgħux jiġu ddiskriminati tul ħajjithom kollha minħabba l-passat mediku tagħhom.
Spiteri Grech dalgħodu ndirizzat konferenza tal-aħbarijiet fejn saħqet li wasal iż-żmien li s-soċjetà tirrikonoxxi d-dinjità ta’ persuni mfejqa mill-kanċer u tiżgura li ma jiġux ittimbrati għal ħajjithom kollha għal marda li diġà għelbu.
Ġie spjegat li, bħalissa, is-sitwazzjoni f’pajjiżna turi kif, minkejja l-proċess mediku u t-trattament, ħafna individwi, li għelbu l-kanċer, għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli inġusti, snin wara li jkunu fiequ.
Dawn il-persuni jiltaqgħu spiss ma’ diskriminazzjoni fl-impjieg kif ukoll fl-aċċess għal servizzi finanzjarji, inkluż ħlas ogħla għal poloz tal-assigurazzjoni jew saħansitra rifjut totali.
Fil-fatt qed ikun propost li, wara perjodu ta’ preskrizzjoni mill-aħħar trattament, persuni mfejqa mill-kanċer ma jkollhomx għalxiex jiddikjaraw il-passat mediku tagħhom għal skopiiet ta’ servizzi finanzjarji jew impjieg.
Il-perjodi ta’ preskrizzjoni jinkludu għaxar snin għal adulti u ħames snin għal dawk li rċevew djanjożi u ġew ittrattati qabel l-età ta’ 21 sena.
Bord speċjali, magħmul minn żewġ professjonisti mediċi u avukati, se jistabbilixxi, meta mitlub, l-aħħar data tat-trattament u jiżgura applikazzjoni ġusta tal-liġi.
L-iniżjattiva għandha l-appoġġ miż-żewġ partiti ewlenin.




