Il-ġimgħa li għaddiet, fuq Television Malta rajt lill-Ministru għall=Finanżi Clyde Caruana jiddikjara li fil-Bidget li ġej f’Ottubru, ‘mhux se jkun hemm taxxi’ Żied jgħid: ‘għalex m’hemmx bżonn!’
Jumejn qabel, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li għal darb’ oħra l-pensjonanti kollha se jerġgħu jkollhom żieda fil-pensjoni tagħhom, u fl-istess ħin se jkompli bis-sussidji fuq l-enerġija u l-fuels, u li l-Gvern immexxi minnu se jkompli jwieżen lill-familji b’aktar għajnuniet.
Issa qabbel dawn id-dikjarazzjonijiet kollha ma’ dak li qal lll-Parlament Franċiż François Bayrou, ftit qabel ma kien sfiduċjat mill-kariga ta’ Prim Ministru. Franża tinsab f’xifer ta’ kollass ekonomiku, b’dejn li jlaħħaq it-€3 triljun – vioe 114% tal-Prodott Gross Domestiku – u jekk ma jkunx aġpġrovayt Budget korrettib li jitlob taxxi fuq taxxi u awsterita’ kbira, l-pajjiż kien f’sitwazzjoni ta’ kollass totali u bil-konsegwenża li Franża tniżżel lill-Ewropa magħha.
Franża, li hi kkunsidrara ‘too big to fail‘ spiċċat litteralment bomba tal-ħin, b’għadd ta’ riformi mhux mwettqa u faqar dejjem jiżdied. Franża, it-tieni l-akbar ekonomija fl-Ewropa qed tiffaċċja kriżi bla preċedent u l-inkwiet soċjali qed jikber, tant li fil-jiem li ġejjin tħabbar strajk ġenerali mit-trejd unions kollha, u tant hemm dwejjaq fil-pajjiż li kulħadd qed jistenna li t-toroq ta’ Pariġi u tal-bliet il-kbar se jittrasformaw ruħhom fi ġrotesti b’irvellijiet vjolenti ħafna.
Il-poplu Franċiż hu mxebba’ bit-taxxi u l-kwalita’ tal-ħajja tagħhom tkompli titnaqqar u titkisser.
F’Malta, minn-naħa l-oħra qed inkomplu ngawdu l-frott ta’ deċiżjonijiet għaqlija ta’ Gvern mmexxi minn Robert Abela u t-team ta’ Ministri tiegħu li għal dawn l-aħħar 13-il sena poġġa lill-pajjiż fost l-aqwa performers ekonomiċi.
Nassigurakom li barra minn xtutna lkoll jgħiru għalina.
Aħna lkoll għandna t-tendenża li tant drajna bi Gvern li jroxx u ma jimponix taxxi, li qas tgħaddilna minn moħħna li nqabblu ma’ dak li qed jiġri ‘l barra minn xtutna.
Għandna t-tendenża li nieħdu ħafna affarijiet for granted f’dan il-pajjiż.
Eżempju wieħed fost ħafna, huma l-issues li jiddominaw l-aħbarijiet f;pajjiżba, bħal fost oħrajn, tal-gravel f’Ta’ Qali.
Nemmen li l-eks Prim Ministru Franċiż François Bayrou jixtieq li kellu dik il-kwistjoni fuq l-aġenda nazzjonali. Ħajtu u tal-President Macron kienet tkun ħafna aktar faċli!
Attenti għal lupu ħbieb!




