Fl-aħbarijiet tal-bieraħ filgħaxija fuq Net TV, ntuża biss ir-ritratt ippubblikat fuq Facebook tal-laqgħa bejn il-Kap tal-PN Alex Borg u Adrian Delia. L-istess ritratt li kemm Borg u Delia kitbu sempliċement: ‘flimkien’,
Fl-aħbarijiet ma xxandar l-ebda filmat, u l-ebda kumment on camera la minn Delia u lanqas minn Borg.
Kellha tkun l-ewwel laqgħa bejn it-tnejn mis-Sibt ‘l hawn minn wara r-riżultat tal-elezzjoni għall-Kap tal-PN li ntrebaħ b’44 vot minn Alex Borg.
#
Iżda nafu li Delia hu rrabjat u imprevedibbli. Filli jgħid li se jtella’ lill-PN il-Qorti, u filli jiċħad, filwaqt li niesu – partikolarment Pawlu Borg – qed ikompli jrewwaħ il-mantra ta’ Delia dwar l-ineliġibilta’ u l-eleġibilta’ ta’ numru ta’ tesserati li jew vvutaw u ma kellhomx dritt, jew kelljom id-dritt li jivvutaw u ma tħallewx.
B’distakk miseru ta’ 44 vot bejniethom, l-elezzjoni – fi kliem Delia – setgħet ntrebħet minnu u għaldaqstant qed jitfa’ pressjoni kbira fuq il-Kummissjoni Elettorali tal-PN.
Fil-laqgħa tal-bieraħ ma’ Alex Borg fid-Dar Ċentrali, Adrian Delia hu rappurtat li reġa’ sostna li jħpssu ‘ottradut’ minn Alex u ‘nisruq’ mill-elezzjoni ta’ kap.
Borg reġa’ offra lil Delia l-kariga ta’ Viċi Kap filwaqt li spjegalu li se jipproponi li l-istatut jinbidel għġal li kien fejn il-PN ikollu żewġ Viċi Kapijiet, wieħed għall-affarijiet tal-Partit u l-ieħor għall-affarijiet tal-Parlament.
Borg irid lil Delia Viċi Kap għall-affarijiet tal-Parlamentm filwaqtt li għall-affarijiet tal-partit għandu f’moħħi eks MP Nazzjonalista.
Adrian Delia iżda għal darb’ oħra reġa’ rrifjuta l-offerta li joqgħod Viċi-Kap. Sal-bieraħ kien qed jinsisti li ‘definittivament le’, għalkemm Alex Borg hu rappurtat li qallu biex jieħu ftit ġimgħat biex jaħsibha sew.
Sadanittant, fid-Dar Ċentrali wkoll l-bieraħ Adrian Delia ntalab minn Borg biex jakkumpanjah għall-ewwel laqgħa tal-Amministrattiv, ħaġa li għamel iżda għal darb’ oħra Delia naqas mmilli jagħti kummenti ma’ Net TV.
It-tim ta’ Alex Borg jinsab inkwetat bl-imġieba ta’ Adrian Delia u ma tantx qed jafda la lilu u wisq aktar lin-nies ta’ madwaru, li bħalissa jidhru li huma mhedijin jgħaddu l-istejjer lil The Times.
Fid-Dar Ċentrali hemm arja ta’ tensjoni minħabba Delia u l-imprevedibilita’ tiegħu. Is-iegħat li ġejjin se jkunu kruċjali.




