Fost dawk li bħal Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina li fil-PN beda jtihom rashom għall-eleżżjoni ta’ Alex Borg bħala l-Kap tal-PN, hemm il-professur Kevin Cassar. Iva, dak Kevin, ħaten Beppe li jobgħod dak kollu li hu Laburist, u lil Adrian Delia u lil Alex Borg.
Kevin Cassar kien qajjem putiferju wara li xi xhur ilu, kien ħadem fuq pjan biex itajjar lil Alex Borg mill-PN billi ta bidu għal kampanja qalila kontrih, u fissru bħala ż-‘żiemel ta’ Troka tal-Labour fil-PN’.
Il-laqam fil-fatt weħel ma’ ħafna partitarji, partikolarment dawk li jsostnu lil Adrian Delia u li llum qed isostnu li Alex Borg hu ‘traditur’ wara li kkontesta għall-Kap tal-Partit, meta – skont huma – kien hemm ftehim li jgħin lil Delia.
Iżda issa li ż-‘żiemel ta’ Troja’ laħaqlu Kap, x’se jagħmel Kevin Cassar?




