Għalkemm wiegħduħ ‘lealta’, Alex Borg qed jiffaċċja sitwazzjoni fejn se jkollu jaħdem bi Grupp Parlamentari li jħaddan fiħ żewġ eks-Kapijiet tal-PN: Bernard Grech u Adrian Delia.
Għal kwalunkew Kap ta’ partit li jkollu jaħdem ma’ predeċessur hu diffiċli, aħseb w ara b’żewġ eks kapijiet, lkoll bl-aġendi tagħhom u bl-influwenża rispettiva tagħhom fi ħdan l-istess partit.
Din hi sitwazzjoni unika u diffikoltuża li qed jiffaċċja Alex Borg fil-Grupp Parlamentari.
Għalkemm it-tnejn li huma wiegħdu lealta assoluta lejn il-Kap tal-ġurnata, l-istorja tal-PN tgħallem kif qatt ma kien il-każ li jħallu lill-kap jaħdem kif jixtieq u bla tfixkil.
Adrian Delia diġa qed juri s-suppervja tiegħu ma’ Alex Borg talli rebaħlu b’44 vot u li qed jiddikjara li kien ‘ittradut’ u ‘milgħub’ mid-denfil tiegħu, qed jirrifjuta diġa li jkun il-Viċi-Kap tiegħu.
Bernard Grech intant beda jħoss il-pressjoni tal-amministrazzjoni l-ġdida fuq għonqu, hekk kif se jkollu jibda jirrispondi għad-sitwazzjoni finanżjarja prekarja ħafna li ħalla warajh, b’ħames snin ta’ kontijiet mhux ippubblikati skont kif titlob il-Liġi.
It-triq il-quddiem għal Alex Borg tidher diġa inkwetanti.
Jonqos biss li jiftaħ il-ġwienaħ eks ieħor li għadu jferfer: Simon Busuttil u jiġu tleita!




