Adrian Delia qata’ kull komunikazzjoni minn mal-amminsitrazzjoni l-ġdida tal-Partit Nazzjonalista, issa li t-team tal-Kap il-ġdid Alex Borg qed jinsedja ruħu fid-Dar Ċentrali.
Imkejjen infurmati spjegawlna ;i wara x-xenata kbira li għamel Delia waqt l-għadd tal-voti fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd li għadda, fejn saħansitra hedded lill-Kummissjoni Elettorali tal-0PN li kien se jtellahom il-Qorti, issa qed jirrifjuta l-offerta ta’ Alex Borg biex ikun il-Viċi-Kap tal-Partit.
Delia, li tilef l-elezzjoni b’44 vot, hu rrappurtat li qed jirrifjuta l-offerta tal-Kap Alex Borg, għaliex iħossu ttradut minnu li ħareġ jikkontesta miegħu, meta dan qed jistqarr li kellu ‘ftehim’ biex jappoġġjah u mhux jikkontestah.
Filwaqt li l-kollaboraturi ta’ Alex Borg huma rrappurtati li qed jagħtu l-parir biex Delia jingħata ftit ġimgħat biex jikkalma u l-affarijiet jirritornaw għan-normal, fid-Dar Ċentrali kif ukoll fi ħdan il-Grupp Parlamentari li hu msejjaħ biex jitlaqqa’ għada filgħaxija fid-Dar Ċenntrali, hemm arja ta’ tensjoni kbira.
Fost ;=ostaff ta’ Alex Borg hemm min diġa qed iwissi bbiex joqgħodu attenti għall-manuvri ta’ Delia, partikolarment ma’ sħabu fil-Grupp Parlamentari, u qed jagħtu l-parir lill-Kap il-ġdid biex ikun awtorevoli ma’ min jipprova juri xi forma tya’ dissent.
Alex Borg jaf li mhux se jkollu xi honeymoon faċli fit-tmexxija tal-PN, sġeċjalment meta jaf li l-establishment tal-partit ma tridux.
Għajnejn l-istaff ta’ Alex Borg huma ffukati l-aktar fuq Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina li qed jitqiesu bħala l-aktar perikolużi minħabba l-passat tagħhom mal-Kap il-ġdid.




