Kemm diskors vojt u paroli nutli jintqalu fil-Partit Nazzjonalista!
Adrian Delia – it-tellief fl-elezzjoni għal Kap tal-PN – altru li wiegħed il-lealta’ tiegħu lejn il-Kap elett Alex Borg, talli dal-lejl hedded lill-Kummissjoni Elettorali li se jtellagħhom il-Qorti, u akkużahom bi tbgħabis u konfoffa kontrih.
Umiljat mid-delfin tiegħu Alex Borg, Delia kkawża ewvus fid-Dar Ċentrali dal-lejl.
L-istorbju u l-paniku li qajjem wassal biex ir-riżultatħareġ fl-4am u żammew lill-istampa u lill-partitaji jistennew, waqt li wara bibien magħluqa, Delia kien qed iqajjem putiferju għaliex ma riedx jaċċetta t-telfa b’44 vot!
Din hi t-tieni telfa ta’ Delia f’elezzjoni għal Kap tal-PN.




