Kemm ma jaħsibx b’moħħu Adrian Delia!
Għax-shows ma jirbaħlu ħadd! Mar jispara bis-senter fuq il-bejt tal-Knisja ta’ San Ġiljan b’salut lil San Ġiljan, il-patrun tal-kaċċaturi.
Sorry?
Fejn kien?
f’San Ġiljan?
Hemmhekk mhux fejn kien Sindku u llum Deputat tal-PN Albert Buttigieg?
Iva!
Mela dan miġnun?
Ma jafx li Albert Buttigieg hu l-aktar politiku fil-PN kontra l-kaċċa u l-insib?
Anżi, Delia makakk biżżejjed biex anki lil dak li rreklama li ffirma n-nomina għal Kap tal-PN, min hu kaċċatur Ġiljaniż u votant, u wisq aktar tesserat mal-PN jeħtieġ li jasallu l-messaġġ.
Delia jħobb il-kaċċa u lill-kaċċaturi!
Yeah right! Bħalma Eddie Fenech Adami u Simon Busuttil ħabbewhom sakemm ittradewhom u fottewlhom id-deliżżju!
Delia jidher li riesaq biex jingħaqad f’dak it-tradiment!
Ara wkoll dan Adrian Delia wkoll, qas jaf x’inhu skartoċċ, ġej jippoża bis-senter!




