Mandy Mallia, oħt Daphne Caruana Galizia, lsienek, moħħok u qalbek għandhom problema kbira. Huma mimlija mibgħieda, lanżit u qrusa. Kif tippretendi li n-nies tkun solidali mal-familja tagħkpm b’din il-ġdura kollha ġo fikom? X’qed tieħdu għajr l-istemerrija ta’ pajjiż sħiħ?
Tinsisti tant li ‘Daphne kellha raġun!’. Iva, kellha l-ħdura li tikteb fuq il-mejtin, tgħajjarhom u tinsulta l-memorja tagħhom. Issa li qbiżt il-linja tad-diċenża b’insult għall-memorja ta’ Sharon Ellul Bonici, se jkolli ngħidielek: Ħadra!
Ma nieħux pjaċir ngħidha lil ħadd, iżda b’responsabbilta’ kbira, lejk illejla ħarġitli bil-qalb.
Nerġa nistaqsik, x’qed tieħu bon l-espressjoni ta’ mibgħieda kbira?
X’tip ta’ xjaten jgħixu f’qalbek u f’moħħok?
Kemm iħalluk torqod bil-lejl?
U meta jintervistawk il-ġurnalisti barranin, turihom din il-ħdura? Tgħidilhom li tobgħod lil ħutek il-Maltin u l-Għawdxin? Tgħidilhom li temmen li int ġejja minn xi rażża superjuri?
Mandy, ħu paċenżja jekk f’Malta tħpssok skomda, issoffokata, frustrata, skiżofrenika, aqbad u ppakkja u dabbar rasek x’imkien fl-utopija tiegħek, li minn dak li qed nifhem dwarek, din l-utopija hi l-ġenn ta’ moħħok l-avvelenat.




