Dawn tal-Partit Nazzjonalista vera jiġu jaqgħu u jqumu mill-partitarji u jiġu altament jitnejjku minnhom, u dan kollu sfaċċatament f’wiċċhom!
Il-bieraħ filgħaxija, Adrian Delia kellu l-ardir jippubblika ritratt fuq il-paġna Facebook tiegħu, jippoża u jgħannaq lill-eks Kap tal-PN – u għadu ddikjarat tiegħu – Simon Busttil.
It-tnejn jidhru b’wiċċhom daħkan u f’poża donnhom żewġt iħbieb kbar li jiltaqgħu kull nhar ta’ Sibt għal xi drink fil-każin tal-banda.
Dan Adrian Delia b’min irid jitnejjek?

Mela l-ewwel Simon bħala l-Kap joħroġ javvelih u jitolbu ma jikkontestax għal Kap, imbgħad jitla Adrian u jissospendih mil-Grupp Parlamentari wara l-pubblikazzjoni tal-Inkjesta Egrant, imbgħad Simon Busuttil jaħdem minn Brussels flimkien ma’ sħabu tal-Blue Heroes biex waslu u tajjru lil Delia minn Kap, u issa – għax vera dan dan Adrian Delia jħobb jissawwat – jipprova jitqanżaħ u jipprova jbellagħha lill-partitarji li bejnu u bejn Simon Busuttil hemm storja ta’ mħabba.
Delia, mur tnejjek int u l-partit ipokrita u skifuż li qed terġa tipprova tmexxi.
Lanqas għandkom rispett lejn il-partitarji tagħkom stess għeżież Simon u Adrian
Inthom vera taħsbu li n-nies huma injoranti u ma jifhmux?
Kemm sejrin żbaljati!
Oxxeni!




