U ħallina Alex Borg!
Kif tista tmur quddiem it-tesserati tal-Partit Nazzjonalista u tgħidilhom li d-dejn tal-Partit m’hux daqstant ugigħ ta’ ras?
Alex jew veru għadek ma tafx kemm hu d-dejn, jew inkella għadhom ma wrewkx il-kobor tal-ħofra li għandu l-PN, li bħala entita tinsab falluta sal-għadma.
Dan id-diskors kollu li l-PN għandu l-assi hi ħrafa, għaliex filwaqt li ftit li xejn baqgħu assi f’idejn il-PN, dawk li hemm ma jistgħu joqorbu qatt fil-valur li jistgħu b’xi mod ipaċu mad-dejn li għandu l-PN.
U dan jinkludi l-bini tad-Dar Ċentrali, li fl-aħħar stimi li saru mill-banek, ma jiswiex aktar minn €11-il miljun, filwaqt li l-każini jiswew b’kollox 6 miljuni.
Issa qabbel €16-il miljun f’assi ma’ dejn li hu rappurtat li qed jiżboq il-€50 miljun!
Minn-nies kollha li għedt li se ssejjaħ biex jindiriżża l-kwistjoni kritika tad-dejn tal-PN hu Tonio Fenech, dak l-eks Ministru u ‘fanta-guru’ tal-finanżi li meta kien fdat bit-tmexxija tal-finanżi tal-pajjiż, spiċċajna b’excessiv deficit procedure mal-Kummissjoni Ewropea, u ordni għal korreżżjoni ta’ €40 miljun fil-Budget Nazzjonali.
Alex Borg jinsa li l-PN għadu ma ppubblikax il-kontijiet tiegħu għal dawn l-aħħar ħames snin!”


Jekk isir Kap tal-PN, Alex Borg hu lest li jordna inkjesta interna fuq ir-raġunijiet vera wara dan in-nuqqas ta’ pubblikazzjoni? Hu lest jinvestiga kemm il-ħaddiema tal-PN insterqilhom mill-kontribuzzjonijiet soċjali tagħhom?
Jien konvint li b’dak li jsir, ikollu biżżejjed evidenża x’jippreżenta lill-Pulizija tal-FCID.
U għaliex Alex Borg ma semmiex iċ-ċedoli li daqt jiskadu u se jespondu lill-PN għal default fuq il-junk bonds li biegħ lill-istess partitarji tiegħu?
Hawnhekk qed nitkellmu fuq €8 miljuni oħra, li ħafna minn dawk li xtraw dawn iċ-ċedoli qed jistennew li jitħallsu lura u mhux mitluba – kif diġa sar – biex idawwru s-self f’donazzjoni għaliex mhux se jaslu biex iħallsu malli jiskadu.
Alex, qed twiegħed onesta, u l-poplu u l-partitarji nazzjonalisti ħaqqhom l-onesta fejn jidħlu l-finanżi.
Għalxejn ikun it-tentattiv tiegħek li timminimizza l-problema tal-finanżi, għaliex fiż-żmien qasir li ġejse jkun hemm xokk kbir.




