Kemm nifhmu lil Adrian Delia, li xi drabi jesponi l-inkwiet tiegħu dwar ir-rival Alex Borg.
F’botta lil Alex Borg dan l-aħħar, kien viċin ħafna li jsissru bħala ż-żiemel ta’ Troja li kien laqqmu Kevin Cassar li jiġi ħaten Beppe Fenech Adami.
F’Ta’ Qali, Delia qal li l-Labour ma jridx lil Adrian Delia Kap! bl-implikazzjoni assurda li l-Partit Laburista jrid lil Alex Borg fit-tmexxija ta-PN.
Delia qed jinsisti mat-tesserati li għandu l-esperjenża, b’botta oħra lejn it-‘tfajjel’ Alex Borg.
Għal Adrian Delia din it-tellieqa hi kruċjali għas-sopravvivenża tiegħu.
L-ewwel darba tela u keċċewh, din id-darba jkun tilef kontra ‘tifel’ fejn l-imsejħa ‘esperjenża’ tkun twaddbet il-varra mit-tieqa u Delia jkun b’karriera politika mitmuma.




