Oh Adrian!
Minn żmien it-tgħajjir lil Daphne Caruana Galizia bħala ‘biċċa blogger’, għal kummenti llum f’The Times, fejn qed jilmenta li l-‘bad press’ li kellu kellu fiż-żmien li kien Kap tal-PN, kienet kollha ‘iffabbrikata’.
Delia, li llum qed jertġa jibla kliemu kontra l-establishment u issa daħal fil-qalba ta’ dik l-istess establishment li umiljatu, issa qed jinsisti ma# The Times li l-bad press kontrih kienet kollha fabbrikazzjoni!

Imma skużi Adrian, propju lil The Times qed tgġid hekk?
Għaliex ma semmejthomx?
Taf daqs kulħadd li The Times, b’aġenda ċara u mmanuvrata minn sħabek stess li llum int qed tinċensa u tipproteġi, kienu l-istess nies li ffabbrikawlek l-istejjer.
Kemm se ddum tissawwat u tgħidilhom grazzi?





