Arnold Cassola, dak li hu ossessjonat li jikseb siġġu parlamentari, ikun fejn ikun, irnexxielu jinkazza lill-PN, tant wassal biex mid-Dar Ċentrali tinħareġ ordni biex kull avviż jew attivita’ organizzata mill-Partit Momentum, ikunu injorati.
Id-direttiva tal-PN wasslet biex Kunsillier Nazzjonalista mis-Swieqi jkun mġiegħel jikkanċella u jneħħi video u post ta’ appoġġ għal protesta li Cassola ħolom li jorganizza fis-Swieqi aktar tard illum, kontra dak li fisser bħala ‘turiżmu storbjuż’.
Dan il-Kunillier, u sħabu fil-maġġoranża tal-Kunsill fis-Swieqi kienu litteralment ordnati biex ma jagħtu l-ebda palata lil Momentum ta’ Cassola.
Għall-PN, Cassola qed jaħdem bis-sħiħ biex jisraq il-voti u jnaqqas is-saħħa tal-PN fid-Distrett, u qed jinsisti mad-Deputati tiegħu biex jaħdmu bis-saħħa u jipproteġu l-bażi tiegħu fl-10 Distrett.
Iżda minbarra l-kalkolu tal-PN kontra l-opportuniżmu ta’ Cassola fis-Swieqi, li jaf sew li din il-lokalita’ dejjem kienet kalamita għal studenti barranin, hemm ukoll il-konsiderazzjoni ta’ ħafna votanti PN fil-lokalita li jaqilgħu x’jieklu propju bis-saħħa tat-turiżmu b’appartamenti, u stabbilimenti.
Dawn is-sidien qed ikunu voċiferi mal-PN li diskors li qed jintqal – partikolarment mill-Kunsilliera tiegħu – hu eżaġerat u normali fl-eqqel tas-Sajf, meta eluf ta’ barranin ikunu qed jiżuru l-inħawi ta’ San Ġiljan.
B’hekk għall-protesta ta’ Momentum, il-PN ġareġ id-direttiva li ma jattendi ħadd mill-Kunsilliera u Depatati tiegħu.
Insomma fi ftit kliem, Arnold Cassola għal darb’oħra rniexxielu jinkażża lill-PN, eżatt kif fl-2002 meta Cassola kien fil-Partit Alternattiva Demokratika, u kellu jkun Eddie Fenech Adami waqt Mass Meeting fil-Luxol li wissa fuq il-‘periklu Cassola’ li jisraq il-voti tal-PN.




