Il-minority leader tal-PN f’Raħal Ġdid, dak il-karattru li l-Pawlisti – Nazzjonalisti nklużi -saru jinjoraw u jevitaw, impressjona ruħu b’Adrian Delia li din il-ġimgħa kellu attivita’ fit-teajatru Grieg f’Ta’ Qali.
Delia, li tella’attivita’ fejn imita lil Steve Jobs waqt preżentazzjoni tal-iPhone, uża big screen biex ipprobva jikkonvinċi lit-tesserati li għandu s-soluzzjonijiet għal kull problema li għandu l-PN.
Delia ha l-briga li jgħid li se jbiddel il-foyer tad-Dar Ċentrali, u minn ritratti li wera, ipproġetta l-pjan tiegħu li se jbiddel id-daħla tad-Dar Ċentrali f’lobby ta’ xi lukanda Sheraton.
Għal Roderick Caruana iżda, l-wirja ta’ Delia kienet ‘impressjonanti’ u kien donnu l-gladjatur Maximus interpretat mill-attur Rossel Crowe fil-film Gladiator!.


Insomma ghal Roderick Caruana, kollox jimpressjonah, bġall-arbi tal-festa ta’ raħal Ġdid li tawh f’għajnu u pprova jħassar is-serenita tal-Pawlisti waqt il-festa ta’ Kristu Re xi ġimgħat ilu.
Għal Roderick Caruana, il-problemi tal-PN se jkunu solvuti b’Adrian Maximus Delia.
Kuntemt hu, kuntent kulħadd.




