Pierre Portelli, il-karattru kontroversjali ħafna li kien spiċċa biex irriżenja mill-PN fl-agħar tal-kriżi u r-rivolta kontra Adrian Delia fl-2021, hu rappurtat li qed jaħdem minn wara l0kwinti fil-kampanja ta’ Adrian Delia.
Portelli li kien kien jitqies bħala l-id il-leminija ta’ Delia fiż-żmien li kien Kap tal-PN, kien spiċċa biex kellu jirriżenja wara l-pressjoni kbira li għamillu l-Eżekuttiv tal-Partit, wara li kien żvelat li kien qed jiġbor flus mingħand Yorgen Fenech għall-PN.
L-establishment, flimkien mal-attivisti ta’ Daphne Caruana Galizia kienu għamlu minn kollox biex skreditaw lil Portelli, tant li wassluh biex irriżenja mill-PN u rritorna għall-ġidma tiegħu fil-kumpannija tal-produzzjonijiet televiżivi Watermelon.
Filwaqt li hu mifħum li Portyelli mhux qed jidher fil-kampanja ta’ Delia, ħafna huma tal-opinjoni li qed jagħti l-pariri minn wara l-kwinti lil Adrian Delia.
Apparti minn hekk, ħafna huma tal-fehma li Portelli kapaċi jinġieb lura fil-PN jekk kemm-il darba jkun elett Kap tal-PN Adrian Delia.
Dawk midħla tad-Dar Ċentrali huma qalulna li ftit qabel ma telaq mill-PN f’nofs il-kaos li kien qed iqium madwar Delia, kien hemm rapporti dwar manuvri biex Net Television ikun iddikjarat bħala kumpannija falluta u sussegwentement tinbiegħ bl-apparat kollu lill-istess Watermelon ta’ Portelli.
Fl-isfond tal-kriżi finanżjarja tal-PN b’għadd ta’ miljuni ta’ dejn, dawk li huma midħla tad-DSar Ċentrali jifhmu li dan il-bejgħ ta’ Net Televiison jista’ jerġa lura fuq l-aġenda jekk Delia jerġa jsir Kap tal-PN.
Jekk kemm-il darba dawn l-għijdut isiru realta, hemm ħafna fid-Dar 1netrali li mistennija jimblukkaw lil Delia milli jwettaqha/




