Mill-aktar raġel fdat minn Richard Cachia Caruana, għall-kamp ta’ Adrian Delia bħala l-‘guru’ tas-surveys u pont strateġiku ma’ The Times.
Jismu Martin Bugelli, eks Direttur tad-Dipartiment tal-Informazzjoni fi żmien Lawrence Gonzi Prim Ministru, u minn fost l-aktar nies fdati fiċ-ċirku ristrett ta’ Cachia Caruana, issa qed ikun hu l-moħħ wara n-numri, il-kalkoli u l-propaganda mal-‘elite’ tal-PN li jaqraw biss The Times.
Bugelli għandu kitba tajba bl-Ingliż u fil-jiem li għaddew ippubblika opinjoni f’The Times favur Adrian Delia, fl-istess ġurnata li l-istess The Times ippubblikat analiżi dwar l-istħarriġ li sar fost in-nies fuq lil min jippreferu bejn Adrian Delia u Alex Borg fit-tmexxija tal-PN.
Fl-isfond tal-istorja avventuruża ta’ Adrian Delia sa minn meta ddeċieda li jidħol fil-politika, sa meta tkeċċa mill-Blue Heroes u reġa rxoxta bħala sieħeb tal-establishment li għadda minn għadu għal alleat, is-sehem ta’ Martin Bugelli fil-kampanja ta’ Adrian Delia qed titqies bħala stramba iżda effettiva għalih, kif ukoll biex l-establishment telimina =kull possibbilta’ li Alex Bortg isir il-Kap tal-PN.




