Xi kultant nistqasi lili nnifsi kif ċerti nies ma jistħux jitkellmu kif jitkellmu u jfajjru bl-addoċċ fuq Net FM bla ma jaraw huma stess x’għamlu!
Qed nirreferi għal Terry Muscat ta’ Bormla, li dan l-aħħar smajtha tintervjeni waqt il-programm ta’ sieħbi Dione Borg, titkaża bil-Gvern u b’Leonid McKay minħabba l-liġi li dekriminalizzat l-użu tal-marjuana.
Jaħasra, meta tisma ħaġa bħal din mingħand is-Sinjorina Terry Muscat ninkedd għaliex minn nies kollha kif qed titkellem hi meta kienet ikkundannata b’mod definittiv għal duisa’ xhur priġunerija fuq traffikar ta’ eroina?
Ma rridx inkun avukat tax-xitan jew ninstema’ prużuntuż, imma minn-nies kollha se taqbad ma’ Leonid McKay li kull fejn kien – ibda mill-Caritas u spiċċa bil-Housing Authority u l-Partit Laburista – ġid kbir għamel u mhux ħsara.
Anżi, kont nissuġġerixxi lil Terry biex għallinqas tfittex tkellmu ftit għal pariri, milli tattakkaħ.
U xi ngħidu għall-lanżit li għandha Terry lejn il-Ministru Roderick Galdes?
Kellu bżonn il-PN għandu Ministru li għandu track rekord fil-Housing daqsu!
Allura Terry, ħu paċenżja. Qabel ma tpeċlaq u titkellem għal-likes fuq Facebook, għodd sa għaxra, u ara x’jgħidlek moħħok.




