Alex, nistqarr li ma nafhekx u ltqajna biss għal ftit sekondi waqt attivita’ xi ġimgħat ilu.
Kont għedtlek, attent tinħaraqx għalissa. U għamilt fattik u ddeċidejt li toħroġ.
Nawguralek, iżda ppermettili ngħidlek li fl-isfond ta’ dak kollu li għaddejt minnu int taħt il-madmad tal-establishment fil-PN, ma messek qatt ħriġt għat-tellieqa, speċjalment meta tara lil tant ġakbini li l-ewwel jumiljawk u issa Alla jbierek kollha qed jattendu l-laqgħat tiegħek.
Tafdahom qatt!
Dawn iridu jixorbulek demmek, u jridu l-qerda tiegħek mill-PN.
Qatt staqsejt lilek nnifsek x’jiġi jagħmel Beppe Fenech Adami l-attivitajiet tiegħek, meta dan ma jaħmlekx pinġut, partikolament ħatnu Kevin Cassar li daħħalha f’moħħ in-Nazzjonalisti li int it-‘Trojan Horse’ tal-Labour fil-PN?
Issa, wara x-xenata ta’ Adrian Delia li ħa għalih għaliex int ħriġt għal Kap – dan biex tkun taf – ilu żmien jitnejjek bik u jilgħabha tal-qaddis miegħek. Kien pront gġamel Patt max-Xitan, bela kollox u laħaq deal mal-establishment li kien qaċċtu mill-PN.
Ara taħsibx li jekk jitla Delia se jagħmlek Viċi Kap! Mhux se jħġalluh u lanqas hu ma jrid.
Lanqas se jtik li tibqa’ l-kelliem għal Għawdex.
Issa s-sabiħa hi li l-kanvassers ta’ Delia qed irewwħu kampanja ta’ malafama kontrik fost il-Kunsilliera.
Attent Alex, dejjem għedtlek li tinsab fil-partit żbaljat.
Ma nies bħal dawn, mhux Kap għandhomn bżonn imma eżorċista!.




