Għażiż Sindku Fguri Clayton Portelli cascun, ippermettili nikteb ftit fuq il-filmat li rajt fuq Net Television, fejn smajtek thedded lill-Kunsiliera sħabek tal-Partit Laburista li kont lest titfagħhom il-barra mil-laqgħa.
Minn-naħa tagħhom, il-Kunsilliera, mmexxija mill-Viċi Sindku u ħabib tiegħi Darren Marmara, telqulek huma #l barra mil-laqgħa.
Li nixtieq ngħidlek hu dan:
Jien ma jimpurtanix jekk niġix ikkwotat minn Net, iżda jimpurtani mill-Partit Laburista u minn sħabi l-Fgurin, li dejjem laqgħuni u rrispettawni.
Iżda ppermettili ngħidlek, li tmexxija ta’ Kunsill titlob is-serjeta’, it-trasparenża u fuq kollox titlob il-kontabilita’, partikolarment mis-Sindku.
Bir-rispett kollu dovut lejk, ma jixraqlek qatt li tkun prepotenti fil-Kunsill, u wisq aktar mal-Kunsilliera sħabek.
Diskors bħal dak, meta tinsa li tkun ‘live streamed‘ u aktar u aktar meta fil-Kunsill miegħek għandek minority leader li hu wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-PN Charles Bonello jitqies bħala ‘politically stupid’ uy anki ‘politically irresponsible’ – jekk tifhem bl-Ingliż.
Ippermettejt li l-PN jagħmlu festa biha, anki jekk il-PN għandhom ferm agħar minn hekk.
Pubblikament nistqarr li jien m’għandi xejn personali kontrik, tant li jien kont l-ewwel wieħed li tajtek l-appoġġ meta ddeċidejt le terġa toħroġ għall-Kunsill, u kont ġejt nippreżentalek attivita’ fil-klabb tal-boċċi fil-Fgura.
Ġara iżda li ftit wara, iddeċidejt li tkun prepotenti miegħi għġaliex waqt il-programm Pjazza, kelli clips ta’ x’qal Peppi Azzopardi waqt programm li kien jagħmel Darren Marmara fuq Smash Television.,
Għal 4 minuti clip, qajjimt putiferju u ppretendejt dritt ta’ risposta, mingħalik li kont ix-Sheriff tal-Fgura.
Ħallejtha tgħaddi, iżda avżajtek kif minn dakinhar il-quddiem l-opinjoni tiegħi dwarek inbiddlet għaliex nippretendi l-maturita’ minn politiku lokali. Għġal dak il-clip ippruvajt iġġellidni mal-Partit Laburista.
Minn dakinhar ‘l hawn, int qatt ma kellimtni u meta niltaqgħu f’xi attivita’ tinjorani u tevitani. Ma nieħux għalija, iżda turik il-karattru mnejjek tiegħek.
Kif int tkellimt waqt il-laqgħa tal-Kunsill ma’ sħabi u ma’ sħabek il-Laburisti fakkarni propju f’dak li għedtlet fuq it-telefon dakinhar li għamiltli x-xenata biex tidher int fuq Pjazza wara li deher clip ta’ erba minuti ta’ Peppi Azzopardi ma’ Darren Marmara: ‘fittex irranġa dak il-karattru mnejjek’.
Fil-politika m’hemmx lok għal nies arroganti. In-nies itellgħuk u jniżżluk.
ħB’dik id-dikjarazzjoni li tkeċċi lill-Kunsilliera sħabek mil-laqgħa hu rifless ta’ dak il-karattru. Fittex itlob apoloġija lilhom u lillp-Fgurin.
Nemmen li l-Fgura jixirqilha aħjar għażiż Sindku!




