Dan Adrian Delia wkoll!
Issa qal li ‘jittama’li wara l-elezzjoni għal Kap tal-PN, il-Partit Laburista ‘jaqbdu sturdament!’
Iva, mela!
Issa jew Delia ma jgħix f’Malta jew għiduli x’qed ipejjep, għaliex jekk kien hawn xi ħadd u partit f’Malta li kien, għadu u se jibqa’ stordut hu propju l-PN!
Dan għaliex il-PN ilu stordut sa mill-2008 meta Joseph Muscat kien elett Mexxej tal-PL, u minn hemm il-quddiem beda l-kalvarju elettorali tal-PN. Telfa wara l-oħra, sal-isplużjoni tal-qawmien anti-PN fil-pajjiż fl-2013, 2017 u 2022!
Minn dakinhar ‘l hawn il-PN ma ħa r-ruħ qatt!
Delia jaf dan, għax saħansitra biddlu mal-ħames kapijiet, fosthom hu stess u kien ħa daqqa kbira fl-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew fl-2020.
Insomma fi ftit kliem, Delia parla fil-vojt u kien politikament stupidu li joħroġ b’ħaġa bħal din.
Delia jaf li l-PN hu stordut politiakment, finażjarjament u saħansitra b’mod eżistenżjali.
Ħallina Drin! Ġej bil-PL stordut! Tkellem għalik ħabib!
Nassigurak Adrian li jekk terġa titla’ int bħala Kap tal-PN, se tkunu mhux biss storduti, iżda agħar se tibqgħu ċċassati!




