Pożi, ritratti, dikjarazzjonijiet!
Adrian Delia u Alex Borg ippreżentaw in-nomini uffiċċjali tagħhom biex ikunu kandidati għall-kariga ta’ Kap tal-PN, li ġie vakanti wara li anki Bernard Grech qata qalbu mis-sitwazzjoni u ċeda x-xettru.
L-aħbar tal-ġurnata – apparti n-nominazzjonijiet – hi li nhar il-Ħamis li ġej, dawn iż-żewġ Nazzjonalisti, li darba kienu qaqoċċa ma’ xulxin, se jikkonfrontaw lil xulxin f’dibattitu li se jsir nhar il-Ħamis li ġej fuq Net Television.
Iżda din il-kampanja elettorali fi ħdan il-PN hi rifless tal-kaos li qed jaħkem.
L-estremisti u l-makna tal-partit wara Adrian Delia, u Bernard Grech u ftit esponenti oħra qed jappoġġjaw lil Alex Borg.
B’din l-elezzjoni, skedata li ssir waqt Konvenżjoni Nazzjonali tal-PN nhar it-3 ta’ Settembru, se tkun eżerċizzju ieħor ta’ tqanżieh, fejn dawk li ħatfu l-partit taħt ġwinħajhom se jagħmlu minn kollox biex jibqgħu b’saħħithom, domainanti u rilevanti, quddiem partitarji li huma litteralment imxebba’ bl-istat li fiħ jinsab il-PN.
Adrian Delia, li konna tħassarnih meta għamlulu ħajtu nfern sa ħames snin ilu, issa donnu rebaħ is-simpatija ta’ dawlk l-istess nies li ġakbinawh., Għamel patt max-xitan biex jirbaħ, għaliex Delia hu magħmul hekk. Mimli bih innifsu, pompuż u perikoluż daqs Jason Azzopardi, li – by the way – issa wkoll saru ħbieb.


Din l-elezzjoni għandha l-elementi kollha biex tfakkar lill-Maltin u lill-Għawdxin fuq kemm il-PN hu partit perikoluż u li ma jista’ qatt jerġa jkun fdat bit-tmexxija tal-pajjiż.
Klikek, konfoffi u patti mxajtna: B’hekk ma tiggvernax! Anżi rrovinaw Partit li darba kien jissejjaħ ‘glorjuż’.
Mill-2013 ‘;l hawn, il-PN għadda minn kollox, iżda issa laħaq il-qofol tar-realta’ li ġab lilu nnifsu fiha. Fallut u f’agunija, u ma jidhirx li se jfieq daqstant malajr.




