Adrian Delia dalgħodu tefa’ n-nomina uffiċċjali tiegħu għal Kap tal-PN. Dak li ppreżenta xahar u nofs ilu, kien speċi ta’ rehearsal, jew prova għal lum. Kien ‘espressjoni ta’ interss’ – Gaħl dawn il-kummiedji l-PN ma jgħaddihom ħadd.
Iżda Delia mdawwar bil-ġurnalisti jdaħħaqni. Narah kemm iħossu minfuħ u komplut.
Iżda l-kontenut ta’ dak li jgħid? Żero assolut!

Ftit tal-jiem ilu Delia mkien intervistat mill-ġurnalist Victor Vella.
Kienet intervista li matulha wieħed seta’ jinnota kif Delia jinqata minn mal-argument litteralment dinjiet il-bogħod meta s-suġġett ma jkunx jaqbel lilu.
Eżempju. Meta Delia jkun mistoqsi dwar il-Vitals, leħnu jgħola, idejh jibdew vixejjru u tara l-passjoni f’għajnejh.
Staqsih fuq il-finanzi tal-PN, u Delia jdoqq l-irtirata. Jibda jbaxxi t-ton u jkun mans. Jinqata qisu f’dinja distanti mill-orbita tagħna.

Eh Adrian, għall-kummiedji ma jgħaddikom ħadd!




