Tal-Partit Nazzjonalista tassew tilfu kull kuntatt mar-realta, mal-partitarji nfushom li saru donnhom aċċessorji li jintużaw u jintremew. F’din it-tellieqa għal Kap tal-PN, anki l-marżjani qed jitbelħu jaraw kif dan il-partit spiċċa biex qed jimplodi u jirriduċi ruħu għal ‘għaqda’ kaotika.
Ejjew nkunu onesti. Meta tara minn barra kif spiċċa l-PN, tipprova tħoss dak li l-partitarju nazzjonalist iħoss. L-implużjoni u l-kriżi ta’ fiduċja u tmexxija amatorjali, mhux tort tal-patrtitarji. Hu tort ponn nies li għamli lill-PN ġugarell tagħhom.
Dawn in-nies spiċċaw biex kasbru u mhux kabbru lill-PN, u sservew bil-partitarji meta kellhom bżonnhom, iżda mbgħad tamewhom billi ħbewlhom vberitajiet koroħ fear il-finanżi, dwar id-diviżjpnijiet, kif ukoll fuq l-alleanżi ambigwi ma’ Repubblika u l-aġendi mbażwra mal-familja Caruana Galizia li tħalliet tiddetta l-aġenda tal-partit.
Issa li Bernard Grech ukoll qabżitlu fit-tmexxija għaliex l-istat tal-affarijiet fil-PN huma tali li ħadd ma jista jissapporti, il-partitarji għal darb’ oħra huma xhieda ta’ aktar kaos fejn l-estremisti – dawk li ftit snin ilu qaċċtu lil De Adrian Delia minn postu – issa saru ħbiev u qed jappoġġjawh.
IUl-ġartitarji qed jitbellħu jaraw lil Delia jitkellem b’mod pożittiv fuq Jason Azzopardi, u lil Alex Borg ma’ Beppe Fenech Adami!
Għiduli inthom kif il-marżjani mill-ispażju jataw lill-PN?
Nemmen li jaraw lill-PN bġala klassi tal-kindergarten fejn it-tfal jiġġieldu u jitbewsu fl-istess ħin. Nemmen li jaraw lill-PN bħala esperiment soċjali interessanti dwar l-imġieba bejn bnedmin. Konfoffi, skemi u patti mxajtna!/
Issa li l-gazzetti u l-opinjonisti esprimew il-kundanna tagħhom għan-nuqqas ta’ dibattiti, u spiuċċaw in-nisa tal-kandidati jiddibattu bejniethom, hemm l-aħbar illejla li l-PN fl-aħħar aċċetta li jsiru dibatti. Iżda se jsiru fuq NET TV u Net FM biss. Tajba! Kollox home, ma jmurx tintqal kelma żejda.
Il-PN sar il-partit tal-kontroll, tal-immaġni falża u mqanżha. U l-partitarji xebgġu b’dawn it-teatrini mmexxija mill-ponn nies li għadhom jiġbdu l-ispah.
Fl-aħħarnett, kemm il-partitarji u anki l-marżjani huma mbellħa bid-due diligence li sar fuq iż-żewġ kandidati,
Ħarġu jfuħu t-tnejn, immakulati u lesti biex jidħlo għat-tellieqa. Eżatt bħal Francine Farrugia,m fik il-kunsilliera PN tas-Siggiewi li qed tiskonta t-tieni ħimgħa tagħha fil-Ħabs ta’ Kordin, għaliex serqet mat-€2.3 miljun f’fondi pubbliċi.
Tal-PN ħarġu jiddefenduha, u waħħlu fis-sistema. Bħalma waħlu f’ħadd u f’kulħadd barra l-ponn jies, għat-$52 miljun dejn akkumulat mill-PN!
Evviva l-marżjani, j’Alla jaslu jagġmlu dak l-esperiment soċjali fuq l-imġieba bejn il-bnedmin. Nemmen li se jiskopru speċi ġdid, il-PNTOSAWRUS REX




