Ladarba li qed nitkellem fuq il-lanżit ta’ ċerti nies fil-PN kontra kollox li hu Labour, ma nistax ma nsemmix lid-Deputat Nazzjonalista Karkariż Justin Schembri, li f’dawn l-aħħar ġimgġat qed jinfexx f’attakki kontra l-Ministru Clifton Grima, kif ukoll kontra s-Segretarju Permamenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni Matthew Vella.
Ir-raġuni? Għaliex ordnawlu jidħol għax-xogħol!
Tal-PN ilhom għaddejjin b’kampanji biżżarri kontra nies li skont huma ma jidħlux għax-xogħol, iżda balleċ, għandhom il-wiċċ vili li ma jitkellmux fuq min minn fosthom ma jidħlu qarr għax-xogħol, jew li jippretendu li għax Deputati ma jidħlux jew li jagħmlu li jridu.
Fost dawn hemm dan it-tali Justin Schembri li mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni, minn fuq Facebook jew fl-artikli tiegħu fil-gazzetti ma jixbax jattakka bl-aktra mod insensat lill-Ministru Clifton Grima u lis-0Segretarju Permanenti Matthew Vella, għax fil-fatt dawn kitbulu formalment biex jirrapport għax-xogħol.
Ir-risposta ta’ Schembri kienet li jinfexx f’attakki kontra l-Ministru u s-Segretarju Permamenti.
Schembri għandu l-viżżju li jivvinta fuqhom biex mingħalih jitfa’ pressjoni fuqhom u jkunu aktar laxki miegħu, u jkollu l-ħin idur il-ksotitwenża flok ma jidħol għax-xogħol.
Schembri ċċaqlaq mill-Iskola tar-Rabat għad-Dipartiment tal-Eżamijiet, u xorta baqa’ ma jattendix għax-xogħol.
Bernard Grech jaf b’da. Adrian Deliua u Alex Borg jafu wkoll, u Alla jbierek, it’s OK biex tattakka lill-Labour u ma jarawx it-travu f’hħajnejhom!
Ejja Justin, ħallik mill-attakki u mexxi bl-eżempju, għada flok ma tmur għall-ħruġ ta’ Sta. Elena f’Birkirkara, idħol għax-xogġol sieħbi!




