Dawn tal-PN veru jaħsbuna mtaten u ma jistħux juruna wiċċ b’ieħor, basta mingħalihom joħorġu jidhru li huma ‘magħqudin’ u fuq kollox ‘partit affidabbli’
Yeah Right!
Ritratti ta’ Alex Borg u ta’ Adrian Delia juppużaw fil-festi ma’ dak u ma’ l-ieħor, jilħqu l-qofol meta tara lil Beppe Fenech Adami ‘seren’ u ‘komdu’ ma’ Alex Borg quddiem in-nies, qisu m’hu xejn, meta sa ftit tax-xhur ilu kien il-bully u l-gaffa kontrih fi ħdan il-grupp parlamentari.

Ma ninsa qatt dak il-lejl li Alex Borg ried jikkumbatti l-artiklu ta’ ħaten Beppe – Kevin Cassar – li għajjru Trojan Horse tal-Labour – u Beppe nfexx f’kantaliena kontra Alex u għajjru, ‘ja biċċa tifel mingħalik se tiġi hawn u tirrombla fuqna!’
Issa jippoża ħdejh fil-festa ta’ Sta Marija f’Ħat Attard u jmur jisma d-diskorsi ta’ Alex fil-loklaitajiet fejn qed joirganizza l-attivitajiet.

Ara vera ma jistħux!




