Nemmen li ftit hawn nies li jibqgħu b’lanżita u jiffissaw biha sa xjuħithom. Iżda Eddie Aquilina tal-Miranda publications hu eċċezzjoni spettakolari!
Jobgħod b’saħħa lil Joseph Muscat u dak kollu li hu Laburist, u jibqa jeqred sakemm iqallgħek.
L-agħar hu li ta’ The Times jibqgħu jagħtuh pjattaforma biex jivvomta u jirriċikla l-istess vomtu b’artiklu wara l-ieħor biex jirrepeti l-istess ċuċati.
Dan Eddie Aquilina li fi żmien il-PN kiel fuq li kiel b’direct orders għal kotba li tqassmu b’xejn mill-Ministeri bħala rigali uffiċċjali, jibqa’ jibki ż-żmien mitluf tal-PN fl-Oppożizzjoni , li issa dieħel fit-13-il sena tiegħu.
Mill-2013 Eddie Aquilina beda jindanna, u baqa’ ndannat sal-lum.
Għżiż Eddie tal-Miranda, fadallek x’tiddispra.




