Emmnuni ma nafx x’naqbad ngħid meta nara, li llejla s-Sibt 16 ta’ ta’ Awwissu, l-għada tal-festa ta’ Sta. Marija, l-eqqel tal-istaġun tal-vaganżi, grupp ta’ nies memexxija minn Vicky Anne Cremona ta’ Repubblika, jidħlu l-Belt biex jgħajjru dak kollu li hu Laburist, bl-iskuża tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia!
L-ewwel ħaġa li tiġi f’moħħi llejla hi li dawn in-nies huma tassew mdejjqin b’ħajjithom għaliex għal dawn l-aħħar 14-il sena hemm il-Labour fil-Gvern. Sempliċi.
Mhux veru li dawn il-vġili huma ntiżi biex ifakkru lil Daphne Caruan Galizia. Hi għajta fażulla, mbażwra, gifba, fake u mqanżħa għall-aħħar.

Vicky Anne Cremona, nieqes dak il-vjolenti Roberft Aquilina jafui sew li l-ġustiżżja qed tkun servuta u filwaqt li numru ta’ nies marru l-ħabs għal għomorhom għal dak id-delitt faħxi, jonqos ġuri wieħed biss, u l-każ ikun magħluq.
Il-fatt hu li min daħal il-Belt illejla jaf li daħal biex wara jmur jieħu pizza u platt għaġin fil-Kapitali, Daphne miskina ma tantx tifddomina fil-ħsieb. Għal dawn in-nies, Daphne hi importanti issa biex tintuża bħala skuża, basta jkun mgħajjar il-Prim Ministru Robert Abela, l-eks Prim Ministru Joseoh Muscatm ul-Ministri tal-Gvern u dak kollu li hu Laburist fil-pajjiż.
Insomma fi ftit kliem, dawn l-eba l-iffrustrati, li lanqas Partit Nazzjonalista m’għadu ‘fashionabke’ għalihom, jafu biss jeqirdu u jieħdu ras il-pajjiż b’kantaliena li drajna, gġħaliex ‘Daphne kellha raġun’.
Huma frustrati b’kollox, bihom infushom lewwelnett!




