Hekk kif il-Maltin u l-Għawdxin huma mhedija vbil-vaganżi tas-Sajf, bil-ġurnata tal-lum tkun l-eqqwl vil-festa tal-Assunta Sta. Marija, il-Partit Nazjonalista, u l-eks Repubblika Robert Aquilina donnhom imbarkaw fuq eżerċizzhu ta’ kkonsolidar tal-wiċċ tost u ipokrita tagħhom
Dan għaliex il-PN għażel propju lejliet il-festa ta’ Sta Marija biex iħabbar li Kemm Adrian Delia, kif ukoll Alex Borg għadddew’ mill-proċess ta’ due diligence biex ikunu jistgħu jikkontestaw għall-kariga ta’ Kap tal-PN, bl-elezzjoni mistennija ssir fit03 ta’ Settembru li ġej.
Kif għedtilkom ġimgħat ilu, il-PN kien se joħroġ lil Adrian Delia ifuħ mill-proċess ta’ due diligencem u balleċ, għal darb’ oħra, Delia allegatament ħallas il-pendenżi tiegħu ma’ tat-taxxa eżatt issa li se jerġa jikkontesta għal Kapm donnu dawn in-nies iħallsu t-taxxi tagħhom meta biss ikunu se jikkontestaw għal xi kariga. Sakemm ma jkunux qed jaspiraw li jimxu fil-karriera politika, jibqgħu bil-pendenżi, bħal per eżempju kif għamel Bernard Grech wara li kiens kopert li kellu pendenżi kbar.
Il-PN donnu nesa u ħeba l-problemi kollha li kien indika li kellu Adrian Delia fl-2017 fejn konna smajna lil Simon Busuttil jisfidah pubblikament biex jirtira mit-tellieqa, issa Alla jbierek, Delia jfuħ aktar min-‘Nonna Piu’.
Agħar minn hekk, dawk li sa ħames snin ilu kienu jitqiesu bħala l-Blue Heroes li kienu sfidawh, umiljawh u qaċċtuħ minn Kap, illum qed jinċensawh u jappoġġjaw. Fost dawn l-ipokriti hemm l-establishment estremista ta’ Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami.

Hemm ukoll il-ftuħ’ ta’ Adrian Delia lejn il-giddieb u l-manipulatur Jason Azzopardi! Issa Saru ħbieb minkejja li ma jarawx għajn m’għajn.
Fi ftitkliem, dawn tal-PN iridu jitnejjku f’wiċċ il-Maltin u l-Għawdxin, u agħar minn hekk iridu jitnejjku f’wiċċ il-partitarji tagħhom stess li issa xebgħu bil-kummiedji kollha li għaddejjin.
Jirxoxta Robert Aquilina
Sta Marija fissret ukoll l-‘irxuxtar’ ta’ Robert Aquilina, dak li rriżenja minn Repubblika wara li kien arrestat wara li sawwat lil martu u li ħafritlu biex ma jmurx il-ħabs, imbgħad talabna lkoll biex ‘nirrispettaw’ il-privateżża tiegħu wara li xeba jħammeġ lin-nies.

Wara l-bawxata tiegħu mal-Liġi, dan Aquilina l-ewwel iżżattat biex iddefenda lill-ħabiba tiegħu Francine Farrugia tas-Siggiewi li qed tiċċelebra Sta Marija wara l-iżbarri ta’ Kordin wara li serqet mat-€2,3 miljun miunn fondi pubbliċi, u issa beda jilbes il-kappell il-ġdid ta’ ‘rappreżentant’ tal-Fomndazioen Falcone f’Malta.
Dan Aquilina tgħidx kemm qed jitkaża bil-Ministru Silvio Schembri minkejja li Inkjesta ma sabet xejn irregolari fil-konfront tiegħu.
Aquilina tkaża bil-Ministru Silvio Schembri fuq kwistjoni ta’ kera ta’ uffiċċju politiku.
Dan li abbuża minn martu, sawwatha u żammha ostaġġ fid-dar tagħha, għandu l-ardir li jittanta jerġa juru wiċċu fil-pubblika u jagħmilha tal-paladin tar-rule of law u t-trasparenza.
Issa li l-bużżieqa tiegħu nfaqgħet u ma jistax juri wiċċu għal Repubblika, issa Aquulina qed jippromqovi lilu nnifsu bħala ‘rappreżentant’ tal-Fondazione Falcone li hi bbażata ġropju fis=DSiġġiewi, biswit id-dar u l-uffiċċju tiegħu.
Li ma jgħidilniex Aquilina hu li hu stess qed jikri l-uffiċċju lill-Fondazione Falcone. Il-binja hi estensjoni tal-uffiċċju notarili tiegħu.
Issa li akkwista pedestall ieħor minn fejn jipprova jagħti l-omeliji tiegħu, Aquilina qed jipprova jnessina d-dnub tiegħu u mingħalih se jagħti l-leżżjonijiet jew jiddefendi lil sħabu bħal Francine FGarrugia għax minn ta’ ġewwa.
Jason Azzopardi u t-Taljan li kiser siequ
U hawnhekk ma tistax tagħlaq il-festa ta’ Santa Marija bla ma ssemmi artist ieħor: Jason Azzopardi, dak l-avukat brigant, manipulatur u giddieb.
Illum Azzopardi kien il-Qorti jiddefendi klijent Taljan li mal-lejl siker, tela# ma’ statwa fil-ġnien tal-lukanda Westin f’San Ġiljan, kissirja u waqgħet fuqu bil-konsegwenza li din niżlet guqu u kiser saqajh.
Fil-Qorti Azzopardi rraġuna li l-Qorti għanfdha tikkusnidra tagħti l-ħelsien mill-arrest lill-klijent tiegħu għar-raġuni li dan ‘ħelisha ħafif’ b#sieq miksura. ‘l-affarijiet setgħu jmorru ferm agħar’ irraġuna l-bnaħnan ta’ avukat!




