Dan Robert Aquilina jistgħaġibni!
Il-każ ta’ seħbitu s-Sippiwija Francine Farrugia u s-serq ta’ €2,3 miljun minn fondi pubbliċi biex għexet ħajja ta’ reġina, hu torta tal-Ministru Clifton Grima!
Bravu! Bħalma hu t-tort tal-mara tiegħu li spiċċat vittma ta’ vjolenża domestika, għġax kienet fid-dar dakinhar! Kemm hu tuba!
Robert Aquilina li għandu d-don li jinterpreta l-ġustizzja u l-fatti bl-aktar mod bażwi li tista timmaġina, qed iwaħħal fil-Ministru għaliex is-sistema li fuqha ħadmet seħbitu Francine kienet difettuża u kellha titranġa.
U iva, dan Robert Aquilina irid bilfors idaħħaq pajjiż bih.
Li hu żgur hu li Robert Aquilina għandu jirringrazzja lill-Alla li Francine daħlet il-ħabs u hu le, għaliex xahar ilu hemm kien sejjer, imma jekk jaħseb li nsejna, jien żgur li ma nsejtx!




