U x’lanzita kellha Francine Farrugia kontra l-Ministru Roderick Galdes?
Sena ilu, meta l-Partit Nazzjonalista rebaħ il-Kunsill Lokali tas-Siggiewi u Francine Farrugia kienet eletta, tgħidx kemm ferħet fil-Counting Hall u xejret poster b’ritratt tal-Ministru Roderick Galdes bil-kliem ‘prosit Ministru!.

Francine Farrugia tiċċe;ebra fil-Counting Hall sena ilu, u tifraħ b’poster tal-Ministru Roderick Galdes.
Francine dakinhar riedet tuża lill-Ministru Galdes bħala t-trofew tar-rebħa tal-PN, u dan wara li hi stess kienet mexxiet kampanja ma’ sħabha biex mad-99 persuna ma jitħallewx jivvutaw fis-Siggiewi, minkejja li kienu għadhom kif ingħataw akkomodazzjoni soċjali fil-kumpless modern u ġdid tas-Siġġiewi.

Prosit Francine!
Din Francine ma felħitx tara lil dawn in-nies jieħdu d-dinjita’ tagħhom u jkollhom dar xierqa. Ma tarax! Francine liż-żgħit tistmerru, anżi propju fil-jiem li kienet qed twerżaq kontra dawn id-88 votant, din it-talija kienet qed tagħmel il-konvenji biex tixtri propjetajiet, karozzi, hand bags, ħwejjeġ u żraben tad-ditta bi flus il-poplu.
Biex inkunu eżatti, Francine dawret bi qligħ għaliha maż-€2.3 miljun u għexet ħajja ta’ Reġina, u ma stħat xejn tidher f’ritratti mal-kbarat tal-PN liebsa bil-lussu.
Lil Roderick Galdes riedet tizzuffjetta biħ, u ppruvat iżżeblaħ politiku Laburista li f’idehħ għandu r-rekord tal-proġetti li saru fis-settur tal-housing. Qatt ma sar investiment massiċċ fil-Housing fl-istorja tal-pajjiż daqs kemm sar fi żmien Roderick galdes, biex ma nsemmux ukoll l-iskemi għall-kiri sussidjat, il-first time buyers, ir-riforma u l-għinuna fil-kirjiet l-antiki. Il-lista hi twila ġmielha.
Izda filwaqt li Roderick Galdes, is-Siġġiewin u l-biqja tal-poplu Malti qed igawdu s-sajf mal-baħar, bil-bbqs jew fiul-festi, Francine tinsab fil-Ħabs ta’ Kordin fejn se jkollha żmien sostanżjali tirrefletti fuq kif ma setgħġet qatt tiskonġra jew tupprova tilgħabha tal-qaddisa u l-paladina tal-ġustizzja u ta’ kontra l-korruzzjoni.
Francine, sena biss kulma gawdejt il-Kunsill u ċċelebrajt. Dik il-lanżita ġiet lura qisha boomerang!




