Filwaqt li lpeks Kunsilliera PN Francine Farrugia qed tqatta l-ewwel lejla tagħha wara l-biebien msakkra tal-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin, bdiet l-analiżi tal-ingann elettorali tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi, li sserva b’nies bħal Farrugia biex dawwar il-Kunsill tal-lokal favurih.
Mgħejjuna b’saħħa minn nies bħal Louis Galea, Ryan Callus u l-aħwa Karol u Robert Aquilina, din Francine Farrugia kienet fost dawk li għamlet kam panja kontra l-ministru Roderick Galdes u għajritu talli ried jagħti d-dinjita’ b’saqaf diċenti lil għadd ta’ familji permezz ta’ akkomodazzjoni soċjali ġdid fjamant fil-kumpless il-ġdid li kien inawgurat fis-Siġġiewi.

Farrugia kienet tkażat b’dan u b’dawn il-familji billi appoġġjat lill-PN fir-rikorsi li kien għamel kontra 99 persuna li kienu għadhom kif daħlu fil-post il-ġdid tagħhom.
Waqt li Farrugia kienet qed tmexxi din il-kampanja, Francine Farrugia kienet għalenija tiffirma konvenji u tixtri proipjetajiet bil-flus li allegatament serqet mill-post tax-xogħol tagħha, cioe’ ser ta’ miljuni ta’ ewro ta’ fondi pubbliċi li kienu fdati lilha bħala uffiċċjal tal-Istitut Mcast.
Apparti l-propjetajiet, Farrugia kienet għaddejja b’shopping sprees ta’ mijiet ta’ eluf ta’ Euro b’xiri ta’ karozzi, safar bla rażan, xiri ta’ basktijiet, ħwejjeġ u żrabaen tad-ditta.
Francine Farrugia kienet sabet l-appoġġ tal-MEP Peter Agius li kien għamel video ifaħħar l-integrita’ tagħha u kemm kienet se tkun siewja għall-PN u għas-Siġġiewi. Iż-żmien ta parir lill-Maltin u lill-Għawdxin, għax ħarep li Francine Farrugia ttrasformat ruħha fl-Imeldfa Marcos ta’ Malta.




