Francine Farrugia – issa eks Kunsilliera PN fis-Siggiewi għax irriżenjat – kienet fost dawk l-aktar voċiferi biex tara lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat u lil martu Michelle jmorru l-Ħabs ta’ Kordin. Ilum, spiċċat daħlet hi l-ħabs u se tqatta l-ewwel lejl maqfula fid-Diviżjoni tan-Nisa wara li tressqet b’arrest mixlija b’serq ta’ €2.3 miljun mill-kontijiet tal-MCAST.
Francine Farrugia kienet tixxena u tgħajjar lill-koppja Muscat bħala ‘korrotti’ u kienet tkun ta’ quddiem fil-protesti tal-PN u ta’ Repubblika kontra l-korruzzjoni.

Fil-jiem li għaddew, il-Pulizija intervjeniet biex imblukkat transazzjoni ta’ trasferiment ta’ €122,000 għal ġol kont Revolut tagħha. Kient laħqet serqet maż-€2.3 miljun, u bihom xtrat propjetajiet, karozzi, ħwejjeġ, żraben, basktijiet, fwejjaħ u ornamenti tal-lussu.
Fi kliem il-Pulizija, meta għamlu tfittxija fid-dar tagħha, ma setgħux jemmnu l-kwantita’ ta’ affarijiet tal-lussu li sabu, tant li ma setgħux iġorru kollox.
Issa din Francine Farrugia kienet titkaża u tgħir għall-ħwejjeġ ta’ Michelle Muscat b’kummenti dispreġjattivi fuq il-mezzi soċjali.
Kienet tkun fuq quddiemnet tal-protesti organizzati mill-PN u minn Repubblika kontra l-Gvern Laburista u tħokk spallitha ma’ Robert Aquilina u tiffirmalu l-ktieb tal-viżitaturi tal-Fondazione Falcone.
Kienet tkażat bir-residenti l-ġodda fil-kumpless tal-housing fis-Siggiewi, u riedet iċċaħħadhom minn dar dinjutuża, meta hi kienet qed tisraq il-miljuni u tixtri propjetajiet minn fuq dar il-ħaddiema bieżla maltin u Għawdxin.





